Coronavirus Lokali

Covid-19: Tmut persuna oħra; 110 każ ġdid

Fl-aħħar sigħat mietet persuna waqt li kienet pożittiva għal Covid-19 biex it-total ta’ mwiet f’pajjiżna issa tela’ għal 714.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 110 każ ġdid filwaqt li fiequ 47 biex it-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 2,234.

It-total ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-virus mhux magħruf hekk kif l-Ministeru tas-Saħħa m’għadux joħroġ iċ-ċifri relatati mal-pandemija f’pajjiżna.