Lokali Qorti

€2,000 multa għal anzjan li ħalla annimali jsofru

Il-Maġistrat Gabriella Vella mmultata anzjan ta’ 72 sena mill-Ħamrun €2,000 wara li nstab ħati li ħalla numru ta’ annimali fil-kustodja tiegħu jsofru minħabba n-nuqqas ta’ trattament meħtieġ u żammhom fil-ħmieġ. L-annimali kienu jinkludu klieb, fniek u ħamiem.

George Mifsud instab ħati ta’ dawn in-nuqqasijiet fit-12 ta’ Mejju tas-sena l-oħra, u qabel. Huwa nstab ħati wkoll ta’ nuqqas ta’ trattament tal-annimali. Huwa ma nstabx ħati li naqas milli jirreġistra lill-istess annimali Joseph Cassar, Uffiċjali għall Ħarsien Kriminali, qal fil-Qorti li fit 12 ta’ Mejju, 2021, daħal rapport li fi Triq Barth Street, il Ħamrun, kien hemm xi annimali li kienu qed jinżammu f’bitħa bil ħmieġ.

Tenna li meta marru fuq il-post kellhom aċċess minn residenza oħra biex ittieħdu xi ritratti tal-bitħa minn fuq fejn irriżulta li r-rapport kien wieħed korrett. “Morna l-għassa tal Ħamrun għall assistenza fejn ġie magħna PC437 u
morna quddiem id-dar inkwistjoni, fejn mal-koxxa tal bieb kien hemm numru tal mobile. Ċempilnieh u rriżulta li kien ta’ ċertu George Mifsud u staqsieh jekk il fond hux tiegħu u rriżulta li kien fl affermattiv.” qal ix-xhud.

Mifsud intalab biex imur fuq il post flimkien miegħu. Fil bitħa irriżulta illi kien hemm tliet iklieb tar razza Chihuahua suwed, erba’ ifniek ġo gaġġeġ żgħar li taħthom kien hemm ammont ta’ ħmieġ li kien ilu ma jitnaddaf, il bitħa kienet maħmuġa u l istess kien jirriżulta li kien ilu ma jnaddafa is-sid. Kellu wkoll ħames ħamimiet ġo gaġġa żgħira u parti minnhom kienu fix xemx u bl-ilma tax-xorb ta’ kulur aħdar.

Ix-xhud qal li huwa kien staqsa lill-imputat għaliex qegħdin fil ħmieġ u huwa wieġeb li kien weġġa’ jdejh u ma setax inaddaf. “jiena għedtlu li dawn se jiġu maqbuda min naħa tad direttorat tal ħarsien tal-annimali. Ħadnihom u
tellajnihom l-isptar APH ta’ Ta’ Qali,” tennza x-xhud.

Il-Maġistrat Gabriella Vella qalet li mir-ritratti li ġew esebiti jidher ċar li l-bitħa kienet mimlija ħmieġ tal-ħamiem , tal-fniek u tal-klieb u li ebda annimal m’għandu jitħalla f’dak l-istat ta’ ħmieġ u mingħajr ilma adekwat. Mir-ritratti ħareġ ċar ukoll li dawn l-annimali kienu ferm ikkripati u lanqas biss kellhom fejn jiċċaqalqu u għaldaqstant ma kienux qed jinżammu f’akkomodazzjoni xierqa għalihom.

Il-Maġistrat Gabriella Vella sostniet li għalkemm veru weġġa’ idu Mifsud ma kellux jabdika mid-doveri tiegħu lejn l-annimali u xorta ma jiġġustifikax li l-gaġeġ kienu żgħar. Peress li huwa pensjonant il-Qorti tat ċans lill-ħati li jista’ jħallas €100 kull xahar madankollu wissietu li jekk jonqos milli jħallasha seta’ jeħel il-ħabs. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Rodrick Attard.