Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ir-Russja tixli lir-Renju Unit u l-Istati Uniti bħala ‘pajjiżi ostili’

OMSK, RUSSIA - NOVEMBER 7, 2019: Russian Presidential Spokesman Dmitry Peskov attends a plenary session as part of the 16th Russia-Kazakhstan Interregional Cooperation Forum at the Congress Hall. Mikhail Metzel/TASSÐîññèÿ. Îìñê. Ïðåññ-ñåêðåòàðü ïðåçèäåíòà ÐÔ Äìèòðèé Ïåñêîâ íà ïëåíàðíîì çàñåäàíèè XVI Ôîðóìà ìåæðåãèîíàëüíîãî ñîòðóäíè÷åñòâà Ðîññèéñêîé Ôåäåðàöèè è Ðåñïóáëèêè Êàçàõñòàí â Êîíãðåññ-õîëëå. Ìèõàèë Ìåòöåëü/ÒÀÑÑ

Dmitry Peskov, il-kelliem għall-Kremlin ta’ Moska, qal li r-Renju Unit u l-Istati Uniti huma meqjusa (mir-Russja) bħala ‘Stati ostili’ għaliex is-sistemi tagħhom għal appoġġ lill-Ukrajna ‘jammontaw għal dikjarazzjoni ta’ gwerra fuq ir-Russja’.

Peskov sostna li l-konsulenti militari taż-żewġ potenzi ‘qegħdin jagħtu l-pariri lill-estremisti Ukeni dwar kif għandhom jaġixxu waqt il-konflitt ( fl-Ukrajna) — u minbarra li qed jipprovdu l-informazzjoni sigrieta li Kiev’.

Il-kelliem saħaq li dan l-aġir ‘imur ‘il hinn minn sempliċi nuqqas ta’ ħbiberija bejn pajjiż u ieħor’ waqt li akkuża lir-Renju Unit u l-Istati Uniti b’li qed imexxu gwerra ‘għall-interessi tagħhom u bil-ħsieb li jaraw lir-Russja dgħajfa’.

Ir-Russja diġà għandha lista uffiċjali ta’ Stati ‘li mhumiex ħbieb ta’ Moska’. Il-lista, fil-parti kbira, tikkonsisti mill-membri tan-NATO, flimkien ma’ pajjiżi li mhumiex involuti fl-Alleanza bħall-Awstralja u l-Ġappun, li t-tnejn imponew is-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-atroċitajiet mill-qawwiet Russi fl-Ukrajna.