Futbol Sport

Ir-rebħ tal-kampjonat se jkun deċiż fl-aħħar ġurnata

(Ritratt: EPA)

F’partita fejn minkejja li ddominaw għal ħinijiet twal, Liverpool tħabtu aktar mill-previst biex għelbu l-isfida ta’ Southampton f’rebħa ta’ 2-1, b’Southampton saħansitra jiftħu l-iskor kmieni. Rebħa li ħalliet id-destin għar rebħ tal-Kampjonat imdendel sal-aħħar partita b’Manchester City punt vantaġġ fuq l-istess Liverpool.

Fit-13 il-minuta, b’sorpriza Southampton marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Nathan Tella, kien NATHAN REDMOND li għeleb lil Alisson Becker. Fil-bżonn tal-punti, reazzjoni immedjata minn Liverpool li fis-27 minuta kisbu l-gowl tad-draw meta minn pass ta’ Diogo Jota kien TAKUMI MINAMINO li għeleb lil Alex McCarthy 1 – 1 . Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima b’Liverpool iħaddnu madwar 74 % pussess. Kibret il-pressjoni minn Liverpool tant li fis-67 minuta marru fil-vantaġġ.Minn corner ta’ Konstantinos Tsimikas, segwa l-azzjoni JOEL MATIP li bir-ras għeleb lil McCarthy. Gowl li kien biżżejjed biex Liverpool jibqgħu jittamaw sal-aħħar partita tal-Kampjonat.