Sport Sport Ieħor

Jiġu fi tmiemhom l-Ispecial Olympics Invitational Games

(Ritratt: Special Olympics)

It-Tlieta filgħaxija ġew fi tmiemhom l-iSpecial Olympics Invitational Games li saru għall-ewwel darba f’pajjiżna. L-atleti Maltin kellhom suċċess f’kull dixxiplina bl-aqwa prestazzjonijiet ikunu fl-għawm, il-bowling, l-atletika u l-bocce. Wara li ġew fi tmiemhom l-avvenimenti sportivi, fil-Belt Valletta saret iċ-ċerimonja tal-għeluq.

F’dawn l-iSpecial Olympics l-atleti Maltin irnexxielhom jiksbu 65 midlaja tad-deheb, 60 tal-fidda u 67 tal-bronż. L-aqwa prestazzjonijiet waslu fl-għawm fejn Malta kisbet 56 midalja, 17 td-deheb, 17 tal-fidda u 22 tal-bronż.

Fl-atletika, Malta temmet 47 fuq il-podju fejn intrebħu 16-il midalja tad-deheb, 16 tal-fidda u 15 tal-bronż. Fil-bocce, Malta kellha suċċess ukoll hekk kif intrebħu 16 deheb. 15 fidda u 17-il midalja tal-bronż.

Fil-bowling, Malta kienet dominanti fejn b’kollox intrebħu 35 midalja, 14 tad-deheb, 9 fidda u 12 bronż. Fil-football, Malta Red rebħu d-deheb filwaqt li fit-table tennis Malta rebħet midalja tad-deheb, 3 fidda u waħda deheb

Fl-aħħar ġurnata, fil-futbol l-Ungerija għelbu lil Malta Reds bl-iskor ta’ 2-0 fil-finali ta’ grupp A tat-turnament tal-futbol li ntlagħab fil-grawnd tal-Marsa. Fil-partita għat-tielet u r-raba’ post Isle of Man rebħu lil Malta Whites 3-0. Fil-finali ta’ grupp B, Ġibilta’ ikkonfermaw id-dominanza tagħhom f’dawn il-logħob hekk kif għelbu lil Awstrija 9-0 filwaqt li fil-partita għat-tielet u r-raba’ post Liechenstein għelbu lil Iżrael 1-0.

Fil-kumpless tal-Universita’ f’Tal-Qroqq ,fil-Bocce midalja tad-deheb ghal Malta fil-Unified Teams Doubles permezz ta’ Malta 1 magħmul minn Apap, Peplow, Tabone u Vassallo. Fid-Divizjoni M1 timijiet midalja tad-deheb għal Agius, Brincat, Camilleri u Grech filwaqt li f’diviżjoni M2 dominju assolut bit-timijiet Maltin kollha fuq il-podium. Fid-diviżjoni M3 fidda u bronż għal Malta. Fit-Table Tennis Malta rebħet midalja tal-bronż fil-kategorija Unified Doubles permezz ta’ Samuel Borg u Jacob Galea.

Deheb għall-Ġermanja u fidda għall-Ungerija f’din il-kategorija. Minn Grupp B Unified Doubles midalja tal-fidda għal Christabel Borg u Andrea Cutajar filwaqt li fid-Doubles Grupp B Malta kisbet midalja tal-fidda permezz ta’ Adam Pisani u Doreen Vella. Fis-Singles tal-Irġiel midalja tad-deheb għal Samuel Borg filwaqt li fis-Singles tan-Nisa midalja tal-fidda minn Doreen Vella. Fit-tielet ġurnata tal-kompetizzjonijiet fl-atletika fil-Matthew Micallef St John Athletic track ġew stabbiliti diversi riżultati fl- events li kien fadal. Fit-800m kategorija tal-irġiel Malta kisbet medalji, waħda fidda miksuba minn Jake Gatt u oħra bronz minn Gareth Borg, wara l-atleta ta’ Ġibilta Ivan Mannion Gomez fejn qabeż lil Istra Gatt fl-aħħar ftit metri tat-tellieqa.

Fil-200m kellna medalja tad-deheb miksuba minn Rebecca Dalli u oħra bronż minn Naomi Axisa. Fil-200metru irġiel medalja tad-deheb għal Gilmour Borg li huwa ddomina kif ukoll medalja tad-deheb f’divizjoni oħra 200m mirbuħa minn Isaac Meli.