Coronavirus Lokali Parlament

Jitneħħew iktar restrizzjonijiet tal-COVID 19

Il-Gvern ħabbar li se jkun qed ineħħi żewġ restrizzjonijiet oħra marbuta mal-COVID 19.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal fil-parlament llum li bi ftehim mal-Ministeru tat-Turiżmu, mis-6 ta’ Ġunju 2022 se jitneħħa l-obbligu li tfal taħt it-12-il sena jrid ikollhom test negattiv. Hu kompla li mis-6 ta’ Ġunju 2022, se jitneħħew ukoll il-parti li kienet fis-seħħ dwar id-distanza soċjali fiċ-child day centres biex dan ikunu jistgħu joperaw skont il-liċenzja.