Futbol Sport

Kylian Mbappe viċin li jissieħeb ma’ Real Madrid

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Franċiż ta’ 23 sena mistenni jħalli lil PSG u jissieħeb ma’ Real Madrid hekk kif mhux mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu maċ-champions Franċiżi. Rapporti internazzjonali ndikaw kif il-player diġa laħaq ftehim ma’ Real Madrid dwar il-kuntratt tiegħu.

Minkejja dan jidher li PSG komplew jippruvaw jikkonvinċu lil Mbappe jġedded il-kuntratt tiegħu hekk kif offrewlu €150 miljun talli jiffirma kif ukoll kuntratt ta’ €50 miljun fis-sena u anke li jkun il-captain tat-tim. Jidher iżda li dawn it-tentattivi minn naħa ta’ PSG ma rnexxielhomx jikkonvinċu lil Kylian Mbappe u fl-istaġun li ġej se jkun qed jilbes il-flokk abjad ta’ Real Madrid.