Lokali Parlament

Malta għandha tanalizza kemm in-newtralità kif inhi fil-kostituzzjoni għadha rilevanti

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal fil-parlament li Malta għandha tanaliżża kemm in-newtralità kif inhi fil-kostituzzjoni għadha rilevanti.

Mario de Marco semma’ kif ilu jkun elett mill-2003 fil-parlament u tratta l-avvenimenti storiċi li kkaratterizzaw dawn il-leġiżlaturi fosthom is-sħubija fl-UE, l-introduzzjoni tal-munita Ewro, il-kriżi internazzjonali, il-kriżi fil-Libja, il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, t-tfittxija għall-ġustizzja f’dan il-qtil, il-pandemija COVID 19 u issa l-invażjoni Russa Ukrajina. Din hi theddida għall-Ewropa u għandha riperkussjonijiet ekonomiċi li jmorru lil hinn mill-Ukrajina.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa kemm għadha rilevanti l-klawsola dwar in-newtralità fil-kostituzzjoni li kienet iddaħħlet fl-1987. Hu semma’ kif il-politika internazzjonali inbidlet; Malta tista’ tkun newtrali quddiem invażjoni jew fil-kuntest ta’ gwerra li ma kinitx provokata? Jeħtieġ li tkun ikkunsidrat jekk n-newtralità ta’ Malta għadhiex tagħmel sens illum fl-2022.

Mario de Marco qal li l-pajjiz għandu sfida ekonomika biex jikkonsolida l-ekonomija waqt li jġeddiha u jittrasformaha f’waħda aktar diġitali u sostenibbli. Sfida oħra dar it-turiżmu biex ikun wieħed ta’ kwalità u l-ambjent.

Hemm ukoll l-isfida tal-manifattura, ir-reviżjoni tar-reġim fiskali ta’ Malta u l-industrija tal-gaming. Jeħtieġ li l-pajjiż imur lil hinn mill-isfidi tradizzjoni. Is-sena li għaddiet id-deficit kien ta’ 8% waqt li din is-sena dan se jkun ta’ 6% li jinżel għal 4% u 3 %. Id-dejn nazzjonali jinsab fl-ammont ta’ €5.5 biljun li se jitla’ għal €10.6 biljuni fl-2024.

Mario de Marco appella biex isiru r-riformi biex id-deputati jkunu jistgħu joperaw full-time waqt li għandhom jingħataw l-assistenza ta’ riċerka profesjsonali.