Lokali Qorti

Mara mixlija bl-attentat ta’ qtil tas-sieħeb tagħha qalet li tagħtu b’sikkina biex tiddeffendi ruħha

Mara li tinsab akkużata b’attentat ta’ qtil tal-eks sieħeb tagħha, qalet lill-Qorti li kienet tag]tu daqqa ta’ sikkina biex tiddeffendi lilha nniffisha, waqt li kien qed isawwatha talli rrifjutat li jkollha x’taqsam miegħu. Ir-residenta minn Marsascala, li kienet ġiet akkużata b’attentat ta’ omiċidju fl-2019, xehdet quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront tagħha.

Hija qalet lill-Qorti li kienet f’relazzjoni mal-allegat vittma, li kienet abbuża vjolentement fil-konfront tagħha f’diversi okkażjonijiet, li wassluha biex ittemm ir-relazzjoni. Madankollu wara li r-relazzjoni ntemmet, hija qalet, li r-raġel kien beda kampanja ta’ fastidju, u li jmir iħabbtilha mal-bieb ta’ barra tagħha u jċempel b’mod frekwent il-qanpiena tad-dar tagħha f’kull ħin tal-lejl, u jitlobha biex jitħalla jidħol fid-dar.

Qalet li ressqet aktar minn 12-il rapport tal-pulizija dwar ir-raġel, u ppreżentat lill-qorti reġistrazzjonijiet awdjo ta’ mill-inqas 12-il sejħa lill-112 li tgħid ukoll ma ġewx segwiti. L-akkużata fakkret kif kienet bidlet l-indirizz tagħha diversi drabi u kienet għażlet indirizz qrib għassa tal-pulizija.

Dakinhar tal-inċident il-vittma żar ir-residenza tagħha tard bil-lejl, u talabha biex jidħol. Binha ż-żgħir kien rieqed fl-appartament tagħha dak il-ħin, fejn qalet li għalhekk kienet ħalliet lill-eks sieħeb tagħha jidħol biex jieqaf iħabbat mal-bieb.

Minkejja t-talbiet ripetuti tagħha biex jitlaq, l-allegat vittma rrifjuta, u saħqet li ried jibqa’ ġewwa u jagħmel sess magħha. Meta hi rrifjutat, huwa taha daqqa ta’ ponn f’wiċċha, u beda ħiereġ id-demm. Mistoqsija mill-avukat tagħha Stefano Filletti kif tagħtu daqqa ta’ sikkina, hija qalet lill-Qorti li kienet qed taġixxi biex tiddeffendi lilha nnifisha, wara li ngħatat daqqa ta’ ponn f’wiċċha.

Hija fakkret kif kienet ġriet lejn il-kċina, fejn ir-raġel kien qabadha minn għonqha u mbottaha mal-armarju tal-kċina. “Ħassejt li għandi niddefendi lili nnifsi,” qalet lill-Maġistrat, waqt li spjegat kif kienet resqet biex taqbad xi ħaġa mill-bank tal-kċina u qabdet sikkina tal-kċina.

Il-mara qalet li kienet marret bis-sikkina lejn l-eks sieħeb tagħha bit-tama li dan tbeżżgħu’, qaltlu biex joqgħod ‘il bogħod u li kienet qed iċempel lill-pulizija. “F’dak il-mument għajjat ​​li ma jimpurtah xejn mill-pulizija u li ma jibża’ minn ħadd,” waqt li spjegat li f’dan il-punt seħħet l-aggressjonbi bis-sikkina. Imbagħad ir-raġel telaq mill-appartament.

Wara li ndunat x’ġara, il-paniku tagħha żdied u kienet ħarbet mill-appartament, hija qalet. “Ma kontx naf x’għandi nagħmel… Kont tlift kull fiduċja fil-pulizija,” hija saħqet. L-akkużata qalet li mbagħad marret lura fil-flat biex tieħu timmedika lilha nnifisha u tqajjem lil binha.

Sadanittant, sid l-appartament kien wasal, wara li ġie avżat mill-ġirien li semgħu l-kommossjoni. Hija marret il-poliklinika għall-kura, fejn ġiet arrestata għal attentat ta’ omiċidju. Il-mara xehdet li wara d-daqqa ta’ sikkina, il-fastidju u l-vjolenza ma waqfux, waqt li qalet lill-Qorti li kellha video u audio recordings tal-vittma kompla jgħajjirha, mar id-dar tagħha u kien vjolenti fil-konfront tagħha.

L-akkużata spjegat li kienet bidlet l-indirizz tagħha diversi drabi wara l-daqqa ta’ sikkina, biex tevita aktar inċidenti, iżda dan l-aħħar il-vittma mar id-dar fejn tgħix qrib l-iskola ta’ binha, u żiedet li beżgħet li jkun hemm aktar inċidenti vjolenti, dan ħin fil-preżenza ta’ binha.

Hija kienet fittxet għajnuna psikoloġika, iżda qalet li kien “biss issa li nista’ niffaċċja l-problemi tiegħi u nibda niġġieled id-dipressjoni tiegħi” minħabba li l-libertà proviżorja tar-raġel kienet ġiet revokata f’każ mhux relatat. Aktar kmieni fis-seduta xehed uffiċjal tal-pulizija li l-vittma ma kienx mar għand il-pulizija wara li ngħata daqqiet ta’ sikkina, iżda pjuttost mar id-dar ta’ ħabib. Kien ħabib tiegħu li kien avża lill-awtoritajiet. Il-vittma għażlet li ma jixhidx f’dawn il-proċeduri. Il-każ ikompli. L-Ispettur Eman Hayman qed imexxi l-prosekuzzjoni, l-avukat Stefano Filletti huwa l-avukat tad-difiża