“L-MUT ta’ kuljum tirċievi rapport ta’ bullying.”
Hekk stqarr il-President tal-MUT, Marco Bonnici waqt il-programm NET Live ppreżentat minn Robert Cremona… fejn spjega li l-bullying għadu preżenti fl-iskejjel tagħna; kemm bullying fiżiku u anke mentali.
Hu semma’ kif f’dawn l-aħħar xhur giet innutata żieda fil-każijiet ta’ bullying, anke frott tal-effetti tal-pandemija fuq l-attitudnijiet tat-tfal – meta dawn sabu ruhhom wehidhom, b’hafna hin li qattghuh fuq l-internet….u anke f’sitwazzjonijiet ta’ ansjeta.
“Wara li għadda dan il-perjodu ta’ lockdown, ma waqfux jużawhom [dark web], anzi qed iqattgħu ħafna ħin fuq dawn is-servizzi,” qal Bonnici. “Qed ninvestigaw x’servizzi qed jieħdu u kif qed iwassluhom l-iskola filwaqt li rridu ngħinuhom għas-saħħa mentali tagħhom.
Marco Bonnici qal li hemm diversi għalliema li jirrapurtaw sitwazzjonijiet li jgħaddu minnhom iżda jew ma jsir xejn jew saħansitra l-edukaturi jieħdu t-tort ta’ dak li jkun seħħ.
“Qed ninnotaw li hemm ċerta rassenjazzjoni fost l-edukaturi dwar ċertu atti ta’ imġieba li jafu li mhuxiex aċċettabli,” qal Bonnici. “U dan qed iwassal għal sitwazzjoni li jew tidraha jew ma tarax lok ta’ sapport sakemm finalment jibqgħu għaddejjin qisu xejn mhu xejn.”
Tkellem ukoll dwar in-nuqqas ta’ għalliema… b’riżultat li t-tfal mhux ikollhom persuni ffukati fuq ghajnuna psikologika.
“Fil-pandemija, ħafna mis-servizzi tnaqqru biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas tal-għalliema li kelna fl-iskejjel,” qal Bonnici. “U dan qed iħalli impatt negattiv li tibda tħossu. Hemm ukoll element ta’ għajja.”
Fl-aħħar ħames xhur, pajjiżna ra numru ta’ kazi ta’ voljenza kemm fuq l-istudenti u anke fuq l-għalliema fl-iskejjel…. b’dawn il-każi qed jiġu investigati.
//= $special ?>