Lokali

Sewwieq tal-mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident ma’ vettura

Sewwieq tal-mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta ma’ vettura fi Triq it-Tessuti, ix-Xewkija għall-ħabta tal- għaxra neqsin għoxrin ta’ dalgħodu.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur, misjuq minn raġel ta’ 63 sena, residenti x-Xagħra u vettura misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti s-Sannat.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.