Lokali

Byron Camilleri jibqa’ sieket dwar it-tkaxkir tas-saqajn fil-każ ta’ Ryan Schembri

Għaddiet ġimgħa mill-istqarrija ċara li saret fil-Qorti mill-Ispettur Anthony Scerri…. U s’issa, il-Ministru responsabbli mit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija għadu ma ħa ebda azzjoni dwar dak li ntqal minn dan l-Ispettur.

Waqt ix-xhieda tiegħu fil-Qorti l-Ispettur Scerri stqarr illi l-Pulizija f’Malta kienu ilhom mill-2017 infurmati bil-movimenti ta’ Schembri lejn ir-Renju Unit. Iżda għal xi raġuni, dan l-ispettur ma jistax jifhem kif il-Korp tal-Pulziija …dak iż-żmien….ma għamel xejn.

Mistoqsi dwar….u għaliex ma ttieħdet ebda azzjoni, il-Ministru Byron Camilleri ma weġibx – filwaqt li baqa’ ma qalx b’mod konkret x’qed isir min-naħa tiegħu biex xi ħadd jerfa’ responsabbiltà għal dan in-nuqqas.

Ryan Schembri kien ħarab minn pajjiżna fl-2014… fejn imbagħad il-Korp tal-Pulizija sar jaf bil-movimenti tiegħu ħames snin ilu… fl-2017. Kien hawn meta l-awtoritajiet tar-Renju Unit infurmaw lill-Pulizija Maltija li Schembri kien ivvjaġġa minn Dubai lejn Londra.

Iżda għal xi raġuni mhux magħrufa …il-Pulizija Maltija ma ħadet l-ebda azzjoni dwar din l-informazzjoni importanti. U kien biss ftit tal-ġimgħat ilu li Ryan Schembri ġie arrestat fl-Iskozja u nġieb Malta.

Dan l-aġir tat-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija jqajjem diversi mistoqsijiet dwar ir-raġuni vera għaliex kien hemm dat-tkaxkir tas-saqajn fil-konfront ta’ Ryan Schembri.  Bil-Ministru responsabbli mit-tmexxija tal-Korp tal-Puliżija jibqa’ sieket quddiem dak lil qed joħroġ mill-Qorti.