Lokali Parlament Saħħa

Chris Fearne idur mal-lewża dwar Steward u l-isptarijiet; jibqa’ jistenna d-deċiżjoni tal-kawża fil-Qorti

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ma tax dettalji dwar l-istat li jinsabu fihom id-diskussjonijiet bejn il-Gvern u Stewrad Health Care fil-kuntest tal-kuntratt li bih Steward Health Care qed jammintsraw l-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex.

Għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, il-Ministru Chris Fearne ma tax dettalji dwar f’liema stadju jinsabu fih in-negozji dwar dan il-kuntratt. Dan wara li l-Gvern kien qal li qed jistħarreġ is-sitwazzjoni preċenti bejn il-Gvern Malti u Steward Health Care.

Id-Deputat Prim Ministru qal li Steward Health Care huma marbuta mal-kuntratt u għalhekk il-gvern qed jinsisti li Steward jagħtu s-servizz stipulat. Hu qal li Steward jixtiequ jtejbu l-kundizzjonijiet iżda l-konċessoni hi dik li hi u ma jistax isir tibdil li jbiddel il-konċessjoni.

Hemm kawżi fil-qorti li l-eżidu tagħhom hu ta’ interess fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn il-gvern u Steward. Il-gvern qed jistenna l-eżidu ta’ dawn il-kawżi, sostna Chris Fearne, li qal li s-servizz fl-Isptar Ġenerali ta Għawdex hu tajjeb ħafna u eċċellenti.

Quddiem il-qorti, id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ kawża biex il-gvern Malti jerġa’ jieħu l-isptarijiet lura minħabba li Steward qed jiksru diversi kundizzjonijiet tal-kuntratt minħabba li m’humiex jonoraw l-obbligi kuntrattwali tagħhom.