Coronavirus Lokali Saħħa

Covid-19: Imutu 2 persuni oħra, 76 każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa, żewġ persuni mietu bil-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi żdied għal 716.

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa nstabu 76 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 160 persuna oħra, biex hekk in-numru ta’ każijiet attivi naqas għal 2,148.

Sa issa fl-aħħar 4 t’ijiem mietu 3 persuni kaġun tal-imxija.

Intant … issa tħabbar li se jkunu qed jitneħħew żewġ restrizzjonijiet oħra marbuta mal-COVID-19.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament li bi ftehim mal-Ministeru tat-Turiżmu, mis-6 ta’ Ġunju se jitneħħa l-obbligu li tfal taħt it-12-il sena jrid ikollhom test negattiv tal-Covid biex jivjaggaw.

Dan wara li t-Tnejn li għadda ma baqax aktar obbligatorju li jintlibsu maskri fuq l-ajruplani minn persuni li jitilqu minn jew li jkunu ġejjin lejn Malta. Intqal ukoll li mis-6 ta’ Ġunju, se jitneħħew ir-restrizzjonijiet dwar id-distanzi soċjali fiċ-child day centres…. biex dawn ikunu jistgħu joperaw skont il-liċenzja.