Sport Sport Ieħor

Dainese huwa l-ewwel Taljan li rebaħ stadju fil-Giro d’Italia ta’ din is-sena

(Ritratt: EPA)

Alberto Dainese ta’ DSM sar l-ewwel Taljan li rebaħ stadju fil-Giro d’Italia ta’ din is-sena meta rnexxielu jirbaħ il-ħdax-il stadju li ntemm f’Reggio Emilia. Dainese li għandu 24 għeleb l-isfida tal-Kolumbjan Fernando Gaviria biex b’hekk rebaħ ukoll l-ewwel stadju tal-karriera tiegħu. Fit-tielet post temm it-Taljan Simone Consonni.

L-Ispanjol Juan Pedro Lopez irnexxielu jżomm il-flokk ir-roża filwaqt li l-Ekwadrojan irnexxielu jitla’ fit-tieni post tal-klassifika ġenerali u huwa segwit mill-Portugiż Joao Almeida.