Lokali Parlament

Flus il-poplu għandhom jintefqu kif suppost

Darren Carabott, PN

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fl-Aġġornament tal-parlament li fl-amministrazzjoni pubblika hu d-dover tal-gvern li jkun ta’ eżempju għas-settur pirvat u għall-poplu Malti dwar l-infieq responsabbli.

Dak li qed iseħħ fl-aħħar snin u meta toqrob elezzjoni ġenerali fejn l-ispiża dejjem tiżdied mhux aċċettabbli. Dawn l-abbużi saru fir-rigward tal-campaign manager tal-Ministru Chris Fearne li titħalls €13,000 fix-xahar, fir-rigward tal-ex Ministru Laburista Edward Scicluna li żieda ta’ €20,000 lilu nnifsu u tal-ex uffiċċjal f’Kastilja Kurt Farrugia, li għandu paga ta’ €180,000 fis-sena. Hemm ukoll deputati Laburisti li għadhom jieklu b’aktar minn ħalq wieħed.

Dan meta l-poplu mhux ilaħħaq mal-ħajja waqt li oħrajn huma inkwetati dwar il-kummerċ minħabba CIVOD 19 u l-gwerra fl-Ukrajina. Quddiem dak kollu jsiru stqarrijiet tal-Ministru tal-Finanzi li fihom jgħid li jrid jissikka ċ-ċintorin.

Il-gvern għandu pjan dwar l-infieq? staqsa Darren Carabott, li sostna li l-Gvern għandu jkun ta’ eżempju għall-poplu u jiggarantixxi l l-ekonomija tiġġenera.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni ememen li n-nefqa fis-settur pubbliku għandha tassigura s-servizzi neċessarji iżda flus il-poplu għandhom jintefqu kif suppost.