Sport Sport Ieħor

Ġinnasta Russu sospiż wara li libes simbolu favur il-gwerra

Il-ġinnasta Russu Ivan Kuliak ġie sospiż għal sena wara li libes simbolu favur il-gwerra meta telgħa fuq il-podju wara avveniment tal-ġinnastika li sar fil-Qatar f’Marzu li għadda. Kuliak rebaħ il-bronż u libest l-ittra ‘Z’ meta fuq il-podju kien ħdejn l-Ukren Illia Kovtun li rebaħ id-deheb.

Kuliak qed ikun ukoll mitlub li jirritorna l-midalja li rebaħ iżda għandu ċans 21 jum biex jappellla. L-ittra ‘Z’ hija s-simbolu tar-Russja lejn l-inażjoni li qed twettaq fl-Ukrajna. Dan il-każ kien investigat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġinnastika.