Lokali Parlament

Il-gvern ma jurix impenn fl-ambjent

Robert Cutajar, PN

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar sostna li l-gvern mhux qed juri impenn fl-ambjent, partikolarment fit-12-il distrett.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni temmen li l-ambjent dejjem kellu jun fuq quddiem tal-aġenda politika tal-gvern u mhux issa qed jitkellem dwaru l-gvern fid-diskors tal-President. Hu sostna li ma jistax ikun li jkollna ministri jkissru l-ambjent waqt li r-rapporti tal-Ombudsman ikunu injorati u ma jingħatawx kunsiderazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ombudmsan stabilixxa li Infrastructure Malta kienet ħatja ta’ ksur ta’ lġiijiet tal-ambjenti fil-pajjiż. L-ambjent mhuwiex biss is-siġar iżda wkoll it-toroq, il-postijiet ta’ rikreazzjoni u l-kwalità tal-ħajja.

Robert Cutajar semma’ t-12-il distrett elettorali u qal li l-ministri għall-ambjent, it-turiżmu u l-proġetti kapitali huma siekta dwar it-triq tal-Għadira li fiha qed isiru xogħlijiet bil-konsegwenza li qed jinġema’ traffiku enormi. Hemm inkompetenza kbira fejn din it-triq ilha xhur li nfetħet iżda ma kienx hemm l-ippjanar neċessarju anki fl-immaniġġjar tat-traffiku.

Id-deputat Nazzjonalista qal li minkejja din is-sitwazzjoni ftit huma dawk li qed jitkellmu waqt li l-gvern jibqa’ sieket. Hu semma’ proġett tas-Salina u qal li dan hu proġett li ilu miftuħ sentejn bir-residenti trattati ħażin.

Robert Cutajar qal li dawn ix-xogħlijiet fis-Salini qed isiru kontra l-permessi u sostna li l-proposta għal park nazzjonali fl-Imġiebaħ mhux tissemma’ mill-gvern. Il-gvern qed jgħid biss li se jagħti l-lukanda lill-privat minflok din titwaqqa’ ż-żona tingħata lin-nies.

Hu semma’ l-Mistra Village u t-tfrik li dan jinsab fih u qal li anki dwar dan l-gvern mhu jgħid xejn.