Il-Kelliem tal-Partita Nazzjonalista għall-Isport u x-Xandir Nazzjonali, l-Onor. Graham Bencini kellu laqgħa mal-president il-ġdid tal-Malta Bowling Association, Edward Mifsud fejn fiha ġie d-diskuss kif dan l-isport jista’ jkompli jikber f’pajjiżna. Matul il-laqgħa ġie diskuss kif il-Malta Bowling Association jeħtieġ li tikri bowling lanes għat-taħriġ u għall-kompetizzjonijiet li jkunu organizzati, li jitfa’ piż finanzjarju akbar fuq l-assoċjazzjoni.
Min-naħa tiegħu, Graham Bencini sostna li l-assoċjazzjoni għandha tkun provduta bl-aħjar faċilitiajiet sabiex ikunu jistgħu jieħdu dan l-isport fl-ogħla livell possibli. Il-Kelliem tal-PN għall-Isport fakkar kif iċ-champion Ewropea attwali, Sue Abela, hija Maltija u saħaq li aktar bowlers ikunu jistgħu jiksbu suċċess jekk l-assoċjazzjoni tingħata l-għajnuna neċċessarja għall-faċilitajiet aħjar.
//= $special ?>