Futbol Sport

Illejla, l-finali tal-Europa League bejn Rangers u Frankfurt

Illejla fid-9.00pm f’Seville fi Spanja jinżel is-separju fuq it-tieni l-aktar kompetizzjoni prestiġjuża fl-Ewropa, meta tintlagħab il-finali tal-UEFA Europa League bejn Rangers tal-Iskozja u Frankfurt tal-Ġermanja.

Żewġ timijiet li ftit ħasbu li kienu se jagħmluha għall-finali, iżda żewġ timijiet li kienu konsistenti matul il-kompetizzjoni kollha. Fil-fażi tan-Knock-Out, Rangers eliminaw lil Borussia Dortmund, Crvena Zvezda, Braga u RB Leipzig. Minn naħa tagħhom Frankfurt eliminaw lil Real Betis, Barcelona u West Ham.

Minkejja li f’finali m’hemmx favoriti, it-tim ta’ Frankfurt fuq il-karta jidher bħala l-favorit anke għaliex sabiex wasal sal-finali rnexxielu jelimina timijiet aktar kwotati minn tal-avversarji.