Lokali Parlament

Is-settur marittimu hu kruċjali għall-ekonomija; opportunitajiet kbar ta’ tkabbir

#MartinAgius #PhotoJournalist #Photographer #Photography #Photo #Image #Pic #Malta

Ivan Castillo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castllo qal li s-settur marittimu hu kruċjali ħall-ekonomija u fih opportunitajiet kbar ta’ tkabbir u ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità.

Fl-Aġġornament tal-parlament Ivan Castillo feraħ lill-atleti tal-Ispecial Olympics u qal li dawn għamlu lill-Maltin kburin.

Hu tratta s-settur marittimu u qal li dan potenzjal ekonomiku kbir; statistika tal-MMF turi li dan jiġġenera €9 miljuni f’valur miżjur u jħaddem 12,000 persuna b’mod dirett waqt li jiġġenera €2 miljuni oħra u 15,000 impjieg ieħor b’mod indirett.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dan hu settur li joħloq impjiegi ta’ kwalità li jagħtu ħajja aħjar lil min jaħdem fihom. Malta għandha s-sitt l-akbar reġistru marititmu fid-dinja u l-akbar reġistru marittimu fl-UE fejn il-bandiera Maltija għandha reputazzjoni tajba ħafna.

Hu tratta l-mod kif fil-COVID 19 dan is-settur ħa daqqa kbira u sostna li setgħet ingħatat iktar għajnuna lil dan is-settur. Dan is-settur seta’ intilef minħabba n-nuqqas ta’ rieda li kien hemm, sostna Ivan Castillo, li kompla li l-potenzjal ta’ dan is-settur hu limitat biss mill-immaġizzjoni ta’ dawk li jkunu jridu jinvestu fih.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-baħar hu l-akbar riżorsa biex Malta isisr l-aqwa fid-dinja. Hu żied li fil-Free Port hemm 50,000 container li jiġġenera qligħ għall-pajjiż u jħaddem 1,200 persuna. Hu staqsa jekk il-gvern għandux ikun ir-regolatur jew il-faċilitatur f’dan is-settur. Il-gvern għandu jagħmel dak li hemm bżonn biex dan is-settur jingħata r-riżori biex ikompli jiżviluppa.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-iskejjel involuti fan is-settur għandhom bżonn l-għajnuna; il-gvern wiegħdhom li se jkun hemm korsijiet speċjalizzati iżda għadhom ma sarux. Problema oħra hi dik ta’ marketing; għandu jkun il-gvern li jixpruna setturi differenti.

Ivan Castillo tkellem dwar il-prekarjat u qal li dan ilu fil-pajjiż għal żmien twil; jeħtieġ azzjoni u pjan biex dan ikun eliminat mill-pajjiż. Il-PL kien għamel diversi wegħdi li se jeqred il-prekarjat, sostna Ivan Castillo li sostna li l-akbar sfida fil-pajjiż hi li m’hawnx ħaddiema biżżejjed.

Hu tratta l-parkeġġ fiż-żona ta’ San Pawl, il-Qawra u Buġibba u qal li fil-bidu ta’ Ġunju se jinfetaħ il-parkeġġ ta’ taħt l-iskejjel tal-Qawra biex dan jintuża mir-residenti. Problema oħra hi fl-iskola tal-Mellieħa fejn għandu jsir parkeġġ taħt din l-iskola. Fix-Xemxija hemm telqa kbira, sostna Ivan Castillo, li kompla li r-residenti ma jistgħux jibqgħu jgħixu f’din is-sitwazzjoni.