Lokali Parlament

Is-solars farms m’għandhomx jeqirdu art agrikola

Rebekah Cilia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Cilia sostniet li s-solars farms m’għandhomx jeqirdu art agrikola.

Fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzjonalista qalet li f’Settembru 2021 saret applikazzjoni għal soalr farms fuq ODZ mifruxa fuq 44,000 metru kwardu f’żona li tikkonsisti f’art agrikola u xagħri li dejjem kienet maħsuba biex tibqa’ spazju aħjar. Din l-applikazzjoni kienet miċħuda iżda l-iżviluappturi ssottomettew appell li għadu jrid jinstema’.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li din hi art li għandha valur arkeoloġiku u għalhekk dan l-iżvilupp m’għandux isir fuqha; fil-fatt kienu diversi l-NGOs li oġġezzjonaw għal dan il-proġett.

Din hi żona ta’ importanza kbira li tinkludi ż-żona Ta’ Ħaġrat fejn hemm siti ta’ wirt arkeoloġiku dinji. Jekk titneħħa l-ħamrija minn din l-art, l-ilma mhux se jkun assorbut u dan jinżel lejn dawn it-tempji li jgħerqu.

Rebekah Cilia kompliet li se jkun hemm ukoll telf ta’ biodiversità li teffettwa lill-bdiewa u lil dawk li jrabbu n-naħal. Il-politika tas-solar farms tispeċifika li l-bini tas-solar farms fuq art argikola mhux permessibbli anzi dan għadu jkun inkoraġġit li dawn isiru f’żoni industrijali.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-iżviluppaturi qed jgħidu li dan il-proġett se jkun wieħed agrikolu iżda l-pjanti l-ġodda ma jsolvux il-problemi li qed jissemmew. Hi kkritikat il-fatt li diġà saru laqgħat mal-ministeri meta għad hemm l-appell pendenti.

Rebekah Cilia appellat biex dan il-proġetti ma jkunux ta’ detriment għall-agrikoltura; ħadd m’għandu jinqeda bl-enerġija rinovabbli biex tinqered art agrikola għaliex Malta ma tistax titlef iktar art agrikola.