Sport Sport Ieħor

Issir iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-iSpecial Olympics Invitational Games

Fil-Pjazza San Gorg, saret iċ-ċerimonja tal-Għeluq ta’ Special Olympics Invitational Games Malta 2022. Fiċ-ċerimonja tal-għeluq il-protagonisti kienu madwar 1000 atleta u uffiċjali minn 24 pajjiż li matul dawn il-ġranet kienu fl-azzjoni fl-atletika, bocce, football ,għawm, ten pin bowling , table tennis u sport ieħor dimostrattiv fosthom is-softball u waterpolo . Fiċ-ċerimonja tal-għeluq rega’ spikka l-fattur ta’ inklużjoni fl-isport u s-sens ta’ ħbiberija bejn l-istess atleti.

Dawk preżenti kienu indirizzati minn Lydia Abela President ta’ Special Olympics – Malta kif wkoll minn David Evangelista President u Direttur Generali ta’ Special olympics għall-Ewropa u l-Asja li kellu kliem ta’ tifhir għal mod kif Malta organizzat dan il-Loghob li kien l-ewwel fix-xorta tiegħu f’dawn l-aħħar sentejn minħabba l-pandemija tal-Covid 19 Il-qofol taċ-ċerimonja kien meta tniżżlet il-bandiera tal-Logħob l-Ispecial Olympics Invitational Games – Malta 2022 dikjarati magħluqa.