Lokali Parlament

Iż-żona ta’ San Pawl il-Baħar teħtieġ sigurtà ikbar

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet li ż-żona ta’ San Pawl il-Baħar teħtieġ sigurtà ikbar biex ir-residenti jkunu protetti.

Fil-parlament Graziella Galea qalet li ħadd m’għandu jaqta’ qalbu fil-ħajja biex jingħelbu l-ostakli u tkellmet dwar l-Ispecial Olympics li kienu organizzati f’Malta. Hi semmiet l-impenn tal-atleti u tal-organizzaturi u sostniet li kull persuna għandha tħossha parti mis-soċjetà b’mod inklussiv.

Kulħadd għandu abbiltà partikolari, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-problema tal-prezzijiet qed teffettwa lil kulħadd, minn dawk li jieħdu ħsieb l-annimali sal-organizzaturi tal-festi li qed ikunu milquta mill-prezzijiet dejjem jgħolew.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar it-turiżmu u qalet li n-nefqa ta’ €700 miljun fl-ambjent fejn sostniet li jrid ikun assigurat li ma jkunx il-gvern stess ma jwettaq ħsarat ambjentali kbar. Hi qalet li l-infrastruttura tad-drenaġġ trid tinbidel mill-qigħ għaliex partijiet minnha għandha iktar minn 50 sena; liema servizzi m’humiex adegwati għaż-żminijiet tal-lum.

Jeħtieġ pjan fit-tul f’dan ir-rigward, sostniet Graziella Galea, li tkellmet ukoll dwar is-sigurtà fil-pajjiż partikolarment f’ċertu lokalitajiet fejn jemm problemi għall-anzjani biex joħorġu minn djarhom. Fost dawn hemm Buġibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra fejn ir-residenti qed isofru ħsarat u anki theddid.

Graziella Galea kkundannat il-vandaliżmu fuq diversi karozzi f’San Pawl il-Baħar u appellat biex tiżdied il-preżenza tal-pulizija f’dawn il-lokaliatjiet. Hi tkellmet ukoll dwar il-bdiewa u qalet li dawn għadhom jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ.