Ekonomija Lokali

L-għoli tal-ħajja jilħaq livelli rekord

Il-livell tal-għoli tal-ħajja issa laħaq rekord għal dawn l-aħħar ħames snin. U dan kien konfermat mill-aħħar Rapport illi ġie ppubblikat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Ir-Rapport jindika illi l-Indiċi tal-Prezzijiet – u allura dak l-indiċi li jagħti indikazzjoni ta’ kemm huwa kbir il-piż tal-għoli tal-ħajja – żdied minn 0.7 fil-mija f’Settembru, għal 2.6 fil-mija f’Diċembru li għadda.

Skont il-Bank Ċentrali, l-aktar fattur li wassal għal din iż-żieda kien l-isplużjoni fil-prezzijiet tal-ikel, frott u ħaxix, u prodotti essenzjali. Jissemmew ukoll il-prezzijiet tar-ristoranti, u l-ispejjes marbuta maż-żamma tad-dar.