Lokali

L-Oppożizzjoni se tissokta bl-investigazzjoni dwar l-Electrogas fil-PAC

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari li saret it-Tlieta filgħaxija, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qabel u ddeċieda li fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi l-membri tal-Oppożizzjoni se jkunu qed jipproponu li tissokta l-investigazzjoni dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali msejjaħ – Investigazzjoni fi kwistjonijiet li jirrelataw mal-kuntratti mogħtija lill-ElectroGas Malta Ltd mill-Korporazzjoni Enemalta.

Il-membri tal-grupp Darren Carabott bħala Chairperson, David Agius u Graham Bencini se jkunu qed jitolbu biex din l-investigazzjoni tissokta mal-ewwel opportunitá.