Lokali Qorti

80 każ qed jistennew li jgħaddu ġuri

Informazzjoni li ħarġet din il-ġimgħa fil-Parlament tikkonferma li s-sistemà ġudizzjarja ta’ pajjiżna għandna bżonn riforma immedjata. Dan hekk kif 80 każ fil-Qorti ghadhom qed jistennew li jgħaddu ġuri… b’uħud ilhom jistennew mat-tlettax-il sena.

Din id-data inghatat mill-Ministru tal-Ġustizzja, Jonathan Attard wara talba biex jiġu ppreżentati dettalji dwar dan mill-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja Karol Aquilina.

Jidher li minn dawn it-80 każ pendenti, tmienja għandhom data assenjata, sebgħa oħra qed jistennew data, filwaqt li l-65 każ l-ieħor ma jistgħux jinstemgħu għalissa minħabba kwistjonijiet legali – processi li jkomplu jtawwlu z-zmien, ghal diversi ragunijiet.

Dan id-dewmien huwa inkwetanti meta wieħed jikkunsidra li pajjiżna qed jieħu ferm iktar minn pajjiżi oħra Ewropej biex jintemmu processi fil-Qrati lokali.

Din hija tema li ilha tkarkar diversi snin, u li l-Gvern Laburista baqa’ jagħlaq għajnejh dwarha… b’detriment għall-proċess tal-ġustizzja f’pajjiżna.