Lokali

COVID-19: 85 każ ġdid

Fl-aħħar sigħat fortunatament ma mietet ebda persuna waqt li kienet pożittiva għal Covid-19 biex it-total ta’ mwiet f’pajjiżna jibqa’ 716.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 85 każ ġdid, filwaqt li fiequ 151. Biex b’hekk, it-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 2,082.

It-total ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-virus mhux magħruf hekk kif l-Ministeru tas-Saħħa m’għadux joħroġ iċ-ċifri relatati mal-pandemija f’pajjiżna.