Internazzjonali

Dua Lipa b’parti ewlenija fil-film ta’ ‘Barbie’

SYDNEY, AUSTRALIA - NOVEMBER 27: Dua Lipa arrives for the 33rd Annual ARIA Awards 2019 at The Star on November 27, 2019 in Sydney, Australia. (Photo by Ryan Pierse/Getty Images)

Matul din il-gimgha sar magħruf illi l-kantanta popolari Dua Lipa se tieħu rwol ewlieni fil-film il-ġdid ta’ Barbie, bil-karattru ewlieni jiġi interpretat minn Margot Robbie.

Il-film tal-Warner Brothers mistenni joħroġ is-sena id-diehla, u dan se jkun it-tieni film maġġuri għal Dua Lipa.

Il-produzzjoni cinematografika bil-karattru ta’ Barbie se tkun l-ewwel tax-xorta taghha li tinkludi l-figura ta’ din il-pupa tal-plastik, li għall-film se tieħu l-ħajja – produzzjoni li tasal 63 sena minn mindu l-ewwel pupi ta’ Barbie ħarġu fis-suq.