Futbol Sport

Il-kowċ Jose Borg mistenni jirritorna fil-futbol lokali

F’aħbar esklussiva il-paġna ta’ Replay (Net Television) ħabbret li l-kowċ Malti Jose Borg temm l-esperjenza tiegħu mal-club Kanadiż FC Manitoba u mistenni jkun qed jirritorna Malta, fil-futbol Lokali. Jidher li kienet l-għażla ta’ Borg li jirritorna Malta hekk ftit qabel il-bidu ta’ staġun ġdid fil-USL League Two fil-Kanada.

Għalkemm il-futur ta’ Jose Borg għadu mhux magħruf il-paġna ta’ Replay (Net Television) tinsab infurmata li din l-aħbar qajmet l-interess ta’ diversi clubs, partikolarment ta’ daw mill-Kampjonat Premier.