Lokali

Skont Chris Fearne, “il-prezzijiet f’ħafna pajjiżi qed jiżdiedu aktar minn Malta”

Skont id-Deputat Prim Ministru, il-prezzijiet ta’ prodotti tal-ikel f’pajjiżi oħrajn qed jiżdiedu aktar mill-prezzijiet f’Malta.

Dan qalu f’risposta għad-domandi ta’ Net News, meta saqsejnih x’qed jagħmel il-Gvern quddiem l-isplużjoni fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi li jinxtraw mill-familji u l-anzjani.

Fearne qal li l-Gvern qed jipproteġi lill-konsumatur, u li qed jieħu l-piż fuqu. Għalkemm fil-verità, ir-rapport tal-Caritas qed jgħid mod ieħor – għaliex il-familji qed ikollhom jerfgħu huma il-piż enormi ta’ €100 kull xahar meta jmorru jagħmlu x-xirja tagħhom.

Dan apparti li d-Deputat Prim Ministru njora l-fatt li l-pagi barra minn Malta huma ferm aħjar, inkluż il-minimum wage li f’10 pajjiżi Ewropej hija ogħla minn Malta.