Internazzjonali

Imut Vangelis – il-kompożitur ta’ Chariots of Fire u Blade Runner

Tħabbret il-mewt tal-kompożitur Grieg Vangelis fl-età ta’ 79 sena, magħruf għall-mużika li għamel għall-films ta’ Chariots of Fire u Blade Runner.

L-ewwel fama li kiseb kien bħala keyboardist mal-band tal-kantant Demis Roussos lejn l-aħħar tas-sittinijiet.

Dan filwaqt li kompla l-karriera mużikali tiegħu bħala solista, kif ukoll kompożitur eċċezzjonali ta’ diversi soundtracks.

Vangelis Papathanassiou rebaħ ukoll Oscar għas-soundtrack tal-film li ħareġ fl-1981, Chariots of Fire…segwit sena wara minn Blade Runner.

Il-mewt tiegħu tħabbret mill-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis.