Lokali

Infiorata fl-Iklin: Messaġġ ta’ tama għall-ġejjieni

“Xtaqna nwasslu messaġġ ta’ tama, messaġġ liċ-ċittadini tal-lokalità tal-Iklin li l-affarijiet ċertament se jkunu qed jaqilbu għall-aħjar.”

Sostna dan is-Sindku tal-Iklin, Dorian Sciberras hekk kif bejn il-Ħamis 18  u l-Ħadd 22 ta’ Mejju l-Kunsill Lokali tal-Iklin qed organizza infiorata akkumpanjata minn mużika klassika, fejn minkejja li din hija verżjoni ridotta meta mqabbla mal-Festa Fjuri ta’ snin ta’ qabel xorta waħda l-Kunsill ried itella’ dan l-avviniment biex iwassal messaġġ lir-residenti…li wara sentejn ta’ sfidi ta’ pandemija, qed noqorbu lejn in-normalità li konna mdorrijin biha.

Dorian Sciberras insista li bħala Kunsill xtaqu wkoll iwasslu messaġġ favur in-natura ta’ madwarna.

Net News tkellem ukoll ma’ Emmanuel Muscat, li flimkien ma’ tim ta’ nies ħa ħsieb sabiex din l-infiorata tittella’ fi Pjazza Ninu Cremona..b’xhur ta’ ippjanar sabiex tfasslet b’diversi fjuri ta’ kull lewn.

Is-Sindku spjegalna li għad hemm ħafna aktar pjanijiet għal-lokalità tal-Iklin…inkluż r-riġenerazzjoni ta’ Pjazza Ninu Cremona.