Sport Sport Ieħor

Iż-żagħżugħ Alex Degabriele se jkompli l-karriera tiegħu fl-Istati Uniti

It-tennista Malti Alex Degabriele se jkompli l-karriera tiegħu fit-tennis fl-Universita’ ta’ Carolina Wilmington fl-Istati Uniti. L-UNCW hija fost l-aqwa universitajiet li joffru programmi attrajenti għat-tennisti żgħażagħ fejn tikkompeti fil-Colonial Athletic Association. Degabriele kiseb riżultati mill-aqwa fl-ITF Junior Circuit biex seta’ jkompli l-karriera tiegħu f’din l-universita’ prestiġjuża.

Intant, Degabriele irritorna minn Istanbul wara li kiseb riżultati pożittivi fil-G4 ITF Junior Circuit, fejn wasal sal-kwarti finali u s-semi finali fiż-żewġ avvenimenti li kkompeta fihom, filwaqt li kien finalist fit-tournament tad-doubles.

Aktar tard din il-ġimgħa Alex Degabriele se jirritorna fi Sqallija, fejn kien qed jitħarreġ b’mod professjonali għal aktar minn sena, biex jikkompeti fl-Italian team competition. Rebħa għal Degabriele tkun tfisser li t-team minn CT Mediterraneo jagħmilha mal-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni. Fl-2021, Degabriele kiseb il-promozzjoni meta rebaħ il-finali tiegħu fis-singles u għin lit-team tiegħu jirbħu f’Catania.