Lokali

Kap Eżekuttiv ġdid għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

Tonio Malllia huwa l-Kap Eżekuttiv ġdid tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, wara Cynthia de Giorgio li mexxiet il-maniġment tal-Fondazzjoni mill-2004.

Mallia serva bħala Direttur għall-Procurement u l-Kuntratti fl-Università ta’ Malta bejn l-2010 u l-2021, u bħala Direttur tal-Immaniġjar tal-Materjali u Loġistika fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Boffa. Hu serva wkoll bħala Konsulent fil-qasam tal-Iżvilupp tas-Suq għal diversi organizzazzjonijiet, fost irwoli oħra fin-Nursing, fil-qasam tas-Saħħa, u l-Kura tal-Anzjani.

Hu assuma l-funzjonijiet fuq bażi regolari fl-uffiċċji tal-Fondazzjoni fil-Belt Valletta nhar l-1 ta’ April 2022.