Lokali Qorti

L-atti tal-każ mibgħuta lura lill-Qorti tal-Maġistrati biex tissokta kumpilazjoni fuq frodi

Il-Qorti tal-Appell Kriminali bagħtet lura l-atti tal-każ fil-konfront ta’ Malti li nġieb lura Malta mir-Repubblika Ċeka fuq mandat t’arrest Ewropew wara li pprova juża mezzi legali biex iwaqqaf proċeduri kontrih fil-Qorti fuq każ separat ta’ frodi.

Allegatament Christian Demauele iffroda kemm lil martu kif ukoll mara oħra li kien f’relazzjoni magħha. Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti ddikjarat li l-proceduri migjubin quddiemha nulli fuq osservanza ta’ regoli proċedurali u astjenit milli tieħu konjizzjoni ulterjri tar-rikors tal-appell.

Għaldaqstant hija ordnat biex l-atti jkunu rimandati lill-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istruttorja sabiex il-kumpilazzjoni tissokta skond il-ligi. Fi proċeduri oħra Christian Demanuele qed jiġi mixli li bħala rappreżentant tal-kumpanija CS Motors għamel qligħ b’qerq ta’ aktar minn €2,300 għad-dannu ta’ persuna f’St. Kitts and Nevis fil-Karibew.

Demanuele, ta’ 42 sena, li huwa mniżżel fil-Paradise Papers ippubblikati mill-ICIJ, ressaq rikors biex iwaqqaf dawn il-proċeduri, u permezz tal-avukat tiegħu argumenta li ma jistax jiġi proċessat fuq akkużi separati minn dawk li dwarhom inġieb Malta bil-mandat t’arrest Ewropew

Il-mandat kien inħareġ wara li fl-2013 sar rapport mill-eks mara ta’ Demanuele, fejn din allegat li kien uża l-firma tagħha fuq garanzija bankarja ta’ €10,000. Minn aktar stħarriġ tal-Pulizija kien irriżulta wkoll li Demanuele għamel erba’ snin f’relazzjoni ma’ mara li sellfitu €48,100 biex tgħinu biex l-kura għall-kanċer fil-Ġermanja, xi ħaġa li ma kinitx teżisti.

Magħha huwa dejjem uża l-isem ta’ Keith Bonello, u kien biss meta bagħtu għaliha l-Pulizija li l-mara saret taf li l-għarus tagħha kellu identità falza. Dwar dan il-każ, f’Lulju tal-2020 Demanuele kien instab ħati u ġie kkundannat tliet snin ħabs. L-appell tiegħu dwar dan ġie miċħud.

Fl-2015, Demanuele kien ingħata wkoll sentenza sospiża wara li bagħat ittra lill-President ta’ Malta b’allegazzjonijiet malafamanti fil-konfront ta’ Maġistrat, uffiċjali fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u Pulizija. Fil-kawża preżenti, Demanuele qajjem l-eċċezzjoni tal-Ispeciality Rule, u argumenta li ma jistax jiġi akkużat b’reat differenti minn dak imniżżel fil-mandat.

Il-Qorti tal-Maġistrati kienet diġa ddeċidiet fuq dan ir-rikors u qalet li l-proċeduri kontra Demanuele għandhom ikomplu, għax huwa kien inġieb Malta fuq reat ta’ frodi, bħal mhuwa qed jiġi akkużat bih issa. Qalet ukoll li ż-żmien li fih kien mixli li wettaq ir-reat huwa wkoll l-istess.

Demanuele appella minn din id-deċiżjoni, u l-Avukat Ġenerali argumenta li dan l-appell huwa null għax id-deċiżjoni tal-Qorti hija digriet u mhux sentenza preliminari, u għalhekk mhux appellabbli. Il-Qorti tal-Appell qalet li kien hemm nuqqasijiet serji fil-proċedura sa minn qabel l-imputat għamel l-oppożizzjoni tiegħu.

Ghalhekk l-ewwel Qorti kellha, dak iż-zmien, fl-ewwel lok tisma r-rapport bil-ġurament tal-ufficcjal tal-Pulizija, jew bl-emendi li seħħew fis-sena 2021 tisma’ l-akkużi mressqa mill-Avukat Ġenerali, skond il-każ teżamina bla ġurament lill-imputat u tisma l-provi li jinġiebu biex isaħħu r-rapport fejn kollox gġandu jitnizzel bil-miktub (ex artikolu 390(1) tal-Kodici Kriminali).

L-eżami tal-imputat imbagħad jissokkta bil-mod provdut fl-artikolu 392 u minn hemm ‘l quddiem tkun segwita l-proċedura applikabbli gġall-kull kumpilazzjoni quddiem Qorti Istruttorja.in hija kwistjoni ta’ ordni pubbliku u ma jistghax jinqabel mod iehor bejn il-partijiet tant li ghandha tkun sollevata minn din il-Qorti ex officio. Il-Qorti fliet l-atti b’mod minizjuz u sakemm dawn gew fil-pussess taghha ma tirrizulta ebda haga li tista’ b’xi mod anke remotament titqies li kienu skontati l-obbligi tal-Qorti fit-tmexxieh tal-kawza.

Konsegwentement, l-ewwel Qorti ma setghetx tipprocedi bis-smiegh tal-kawza, tippermetti li ssir it-talba mertu tal-appell u wisq anqas taghti decizzjoni dwarha. Ingħad li l-ewwel Qorti ma setgħetx tipproċedi bis-smigħ tal-kawża, tippermetti t-talba li dwarha sar l-appell, u wisq anqas tagħti deċiżjoni dwarha. Għalhekk il-Qorti tal-Appell bagħtet l-atti lura lill-Qorti tal-Maġistrati biex tissokkta l-kumpilazzjoni kontra Demanuele. L-Avukat Mark Busuttil qed jidher għal Demanuele.