Il-kantanta Laura Pausini, illi kienet waħda mill-preżentaturi tal-festival tal-Eurovision ta’ din is-sena f’Turin, ittestjat pożittiva għall-COVID-19.
Pausini qed tghid illi kienet ilha mis-Sibt tħossha mhux f’sikkitha.
Fil-fatt, waqt li bdew jingħataw il-punti fil-finali tal-festival, il-kantanta Taljana għamlet ħin twil nieqsa minn fuq il-palk, għalkemm tfaċċat lura aktar tard.
Lausa Pausini wasslet din l-aħbar permezz ta’ Instagram, fejn qalet illi minħabba l-Covid ma setgħetx tivjaġġa għall-appuntamenti mużikali li kellha ppjanati fi tmiem din il-ġimgħa, fosthom fl-Istati Uniti.
//= $special ?>