Lokali Qorti

Mhux ħati fuq traffikar ta’ ecstacy 18-il sena ilu

Raġel ta’ 37 sena minn Raħal Ġdid ġie lliberat minn akkużi ta’ traffkar ta’ droga ecstacy f’każ li jmur lura aktar minn 18-il sena. Huma diversi r-raġunijiet li Tyrone Fenech ġie lliberat fosthom li l-istqarrijiet li huwa ta lill-Pulizija ġew skartati, l-fatt li xhieda mportanti ma tawx id-depożizzjoni tagħhom fil-Qorti u lanaqas ġie pontifikat l-ammont ta’ droga allegatament tarffikata.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Elaine Merceica qalet li f’dawn iċ-ċirkostanzi mhijiex tal-fehma li jkun safe and satisfactory li hija tistrieħ fuq ix-xhieda guramentata ta’ persuni hb’rabta mal-każ meta dawn ma xehdux viva voce fil-preżenza ta’ Fenech, kif rikjest mil-liġi b’tali mod li l-iimputat ikun jista’ jikkontrolla u jagħmel il-kontro-eżami tal-istess xhieda u għalhekk dan kien skartat.

L-akkużi kienu jirrelataw ma’ trtaffikar ta’ droga ecstacy f’San Ġiljan fi Frar tal-2004 u x-xhur ta’ qabel, kif ukoll pusses tal-istess droga u pusses ta’ mediċina psikotropika, Huwa kien qed jiġi mixli wkoll fuq pusses ta’ cannabis f’Wied il-Għajn.

Ill-fatti jmorru lura għal-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Frar tas-sena 2004, meta Fenech gie arrestat flimkien ma’ tfajla wara li fil-pussess ta’ Fenech instabu zewg boroż tal-plastic zghar kif ukoll LM150 fi flus kontanti. Il-Qorti nnutat li l-pulizija li elevaw l-imsemmija sustanza ma tressqu qatt sabiex jixhdu quddiemha.

Il-Qorti qalet ukoll li l-prosekuzzjoni għalqet il-provi qabel ma xehed u espleta l-inkarigu mgħoti lilu fl-inkjesta maġisterjali, l-ispiżjar Mario Mifsud. Ghaldaqstant l-istess Qorti kienet nieqsa minn kull prova dwar in-natura tas-sustanza elevata minghand l-imputat mill-pulizija.

Ġie stabbilit li l-unika prova li baqgħet huma l-mobiles elevati mill-pussess ta’ Fenech. Madanakollu anke f’dan ir-rigward il-prosekuzzjoni ma ressqitx xhieda dwar min kien il-persuna li eleva l-istess mobiles u fl-liema ċirkostanzi. Mir-rapport tal-espert Dr. Martin Bajada li analizza l-istess mobiles jirriżulta li hemm diversi messaġġi li huma suspettużi u li jistgħu jkunu indikattivi ta’ uzu u/jew ta’ traffikar ta’ sustanzi illeċiti.

Madanakollu messaġġ waħdu ma huwiex prova tal-kontenut tal-istess messaġġ. Il-Qorti kompliet tgħid li l-fatt li dawn il-messġġi huma l-unika prova fil-konfront tal-imputat, dawn waħedhom, għalkemm uħud huma suspettużi, ma jistgħux iwasslu għall-htija sal-grad rikjest mill-liġi ta’ lil hinn minn kull dubbju dettat mir-raġuni.

Fid-dawl tar-raġunijiet il-Qorti qalet li mhijiex tal-fehma li l-akkużi mill-Prosekuzzjoni ġew sodisfaċentament ppruvati sal-grad rikjest mil-liġi u għaldaqstant illibert lil Tyrone Fenech mill-imputazzjonijiet kollha il-konfront tiegħu. Għal dawn il-mottivi, l-Qorti sabet lil Fenech mhux ħati u lliberatu. Għal Fenech deher l-Avukat David Camilleri filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Josric Mifsud.