Ilbieraħ, għal xi t-20:30, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa l-bajja tal-Għadira, il-Mellieħa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħ argument bejn żewġt irġiel, wieħed ta’ 28 sena minn Nepal residenti l-Mellieħa u ieħor li ħarab minn fuq il-post. Waqt l-argument allegatament intużat ġebla.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>