Sewwieq ta’ mutur mill-Munxar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 1230hrs fi Triq ta’ Sannat, fis-Sannat, meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 39 sena tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Generic, bil-konsegwenza li waqa’.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>