Lokali

Tikkunsmax dan il-prodott

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ 2-Chlorethanol (Pestiċida)

Deskrizzjoni tal-prodott:Instant noodles – Togħma ta’ tiġieġ
Isem tal-prodott fuq il-pakkett:Hao Hao Chicken Flavour
Ditta:ACECOOK
Piż:74g
Data tad-durabbilita`:18/09/2022