Lokali

Tirritorna Festa Ħut fiż-Żurrieq

Għas-seba’ darba, il-lokalità taż-Żurrieq se tkun qed torganizza “Festa Ħut” wara nuqqas ta’ sentejn kaġun tal-pandemija tal-Covid-19… festa li ħafna jattendu għaliha bi ħġarhom.

L-attivitajiet marbuta ma’ din il-festa se jkunu mifruxin fuq jumejn, bejn it-28 u d-29 ta’ Mejju, organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq.

Il-Kelliem tal-PN għall-Agrikoltura u s-Sajd, Toni Bezzina tkellem ma’ Net News u fisser l-importanza ta’ attività bħal din.

Matul dawn il-jumejn, il-Kunsill Lokali ħaseb li jorganizza numru ta’ attivitajiet għall-familja kollha, kif jispjega il-minority leader, Kyle Mifsud.

Attivitajiet li ħafna jfittxuhom ta’ kull sena, fejn fost l-oħrajn se tinfetaħ għall-pubbliku l-Mitħna tax-Xarolla.