Coronavirus Lokali Saħħa

69 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 136 persuna

Fl-aħħar 24 siegħa, instabu 69 każ ġdid pozittiv, fiequ 136 persuna oħra u n-numru ta’ każijiet attivi naqas għal 2,015.

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ħadd ma miet kaġun tal-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi huwa ta’ 716.

It-total ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-virus mhux magħruf hekk kif l-Ministeru tas-Saħħa m’għadux jagħti din l-informazzjoni.