Lokali

BIR-RITRATTI: Il-Karnival f’Mejju

Il-Karnival irritorna fit-toroq tal-Belt Valletta.

Ritratti: Matthew Tabone

Tmiem il-ġimgħa impenjattiv għad-dilettanti tal-Karnival li wara żmien diffiċli minħabba l-Pandemija, issa setgħu jerġgħu jesponu t-talenti tagħhom u flimkien jiċċelebraw il-Karnival.

Karnival mhux tas-soltu hekk kif qed isir f’Mejju minflok fil-ġranet tas-soltu hekk kif dan ma kienx possibbli minħabba l-Coronavirus.

Matul tmiem il-ġimgħa, it-toroq tal-Belt ser jibqgħu mimlija kuluri, briju u spettakklu għal persuni ta’ kull età.

L-ewwel jum taċ-ċelebrazzjonijiet, jiġifieri dak tal-Ġimgħa, laħaq il-qofol tiegħu fi Pjazza San Ġorġ fejn ingħata bidu għall kompetizzjonijiet taż-żfin li fih qed jipparteċipaw numru sabiħ ta’ gruppi taż-żfin minn madwar pajjiżna.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tar-ritorn tal-Karnival ikomplu matul tmiem il-ġimgħa kollha, fejn il-pubbliku jista’ jassisti għal din l-atmosfera mill-isbaħ minn Pjazza Tritoni sa’ Pjazza San Ġorġ u fi triq ir-Repubblika.