Futbol Sport

Everton isalvaw posthom fil-Premier League

Minn żewġ gowls minn taħt, reazzjoni fit-tieni taqsima wasslet għal rimonta mill-aqwa minn Everton biex żammew posthom fil-Kampjonat Premier . Fit-22 minuta minn azzjoni ta’ Eberechi Eze kien JEAN PHILIPPE MATETA li għeleb lil Jordan Pickford biex poġġa lil Crystal Palace fil-vantaġġ. Dominju assolut minn Crystal Palace li fis-36 minuta rduppjaw b’ JORDAN AYEW jgħeleb mill-ġdid lil Pickford. 2 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fl-54 minuta Everton naqqsu l-iskor. Pass ta’ Mason Holgate lejn Michael Keane li għeleb lil Jack Butland għat 2 – 1. Pressjoni minn Everton li fil-75 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ RICHARLISON. Minn żvantaġġ doppju fil-85 minuta Everton saħansitra fil-vantaġġ permezz ta’ DOMINIC CALBERT LEWIN li minn azzjoni ta’Demarai Gray għeleb mill-ġdid lil Butland għat 3 – 2 u għalaq il-partita.

Bl-ewwel taqsima destinatħa li tintemm bla gowls, fil-45 minuta , Emiliano Buendia ffawlja lil Maxwell Cornet. Paul Tierney saffar penalty b’ ASHLEY BARNES jgħeleb lil Emiliano Martinez. Burnley fil-vantaġġ fi tmiem l-ewwel taqsima. Fit-48 minuta Aston Villa għamlu l-iskor 1 – 1 permezz ta’ EMILIANO BUENDIA li minn azzjoni ta’ John McGinn għeleb lil Nick Pope . Fil-91 minuta tkeċċċa Matthew Lawton għal-Burnley.

F’partita mingħajr interess fil-klassifika, riżultat ta’ draw li bla dubju kien l-aktar wieħed ovvju skont l-andament tal-partita. Wara biss sitt minuti Leicester fil-vantaġġ wara li JAMES MADDISON għeleb lil Edoard Mendy. Reazzjoni minn Chelsea fejn kien biss fil-35 minuta li kisbu l-gowl tad-draw wara li MARCOS ALONSO minn azzjoni ta’ Reece James għeleb lil Kasper Schmeichel. 1 – 1 li baqa’ l-istess matul it-tieni taqsima.

PREMIER LEAGUE

Everton v C’Palace 3-2, Chelsea v Leicester 1-1, Aston Villa v Burnley 1-1