Id-Deputat Speaker tal-Kamra tad-Deputati David Agius irċieva żjara ta’ korteżija mill-Kummissarju Għoli l-ġdid tal-Kanada, Elissa Ann Golberg.
Wara li laqa’ lill-Kummissarju Għoli, id-Deputat Speaker Agius elabora dwar is-sistema parlamentari Maltija, b’mod partikolari l-emendi kostituzzjonali li jikkonċernaw il-bilanċ bejn is-sessi. Huwa semma d-diversi kumitati parlamentari, l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-IVF, u l-baġits tad-diversi aġenziji li l-parlament kellu japprova sal-aħħar ta’ Ġunju 2022
Id-Deputat Speaker Agius u l-Kummissarju Għoli Golberg iddiskutew il-gwerra li qed issir mir-Russja fuq l-Ukrajna u rrikonoxxew l-appoġġ rispettiv estiż għall-Ukrajna miż-żewġ pajjiżi.

Aktar tard, David Agius ltaqa’ wkoll mal-Kummissarju Għoli ta’ Ċipru li miegħu tkellem ukoll dwar diversi temi.
