Futbol Sport

Il-club Pembroke Atleta mistenni jitlob lil MFA li jilgħab fl-Amateur League

L-amministrazzjoni ta’ Pembroke Atelta mistennija titlob lil MFA li l-club jilgħab l-istaġun li ġej fin-National Amateur League minflok fil-Kampjonat BOV Premier, wara l-promozzjoni li kisbu matul l-istaġun li għadda.

Il-paġna ta’ Replay (Net Television) tinsab infurmata li din id-deċiżjoni sfurzata ttieħdet wara li l-club nefaq aktar minn €100,000 fi spejjeż legali b’rabta ma’ investiment fil-faċilitajiet tiegħu filwaqt li dawn ikunu kkumerċjalizzati, liema pjan għadu ma ġiex introdott fost il-clubs fil-Kampjonat Premier.

Minkejja li l-promozzjoni li kisbu miċ-Challenge League, Pembroke Atleta qed jitolbu li jilagħbu fl-Amateur League hekk l-ispejjeż biex jilagħbu kemm fil-Kampjonat BOV Premier kif ukoll fiċ-Challenge League jista’ jkollhom riperkussjonijiet ħżiena għal club.