Lokali

Il-‘Flimkien’ lura fid-djar Maltin u Għawdxin

Mill-ġdid, ir-rivista Flimkien… pubblikazzjoni ta’ kull xahar mahruga mill-Kulleġġ tal-Kappillani bil-ħsieb li jissaħħu l-valuri Insara, ser tkun qed tiġi ppubblikata u mqassma f’kull dar f’Malta u f’Għawdex.

F’kumment li ta lil Net News, il- President tal-Kulleġġ tal-Kappillani Dun Mario Mangion, spjega x’ser tkun qed tinkludi r-rivista ‘Flimkien’

Din il-publikazzjoni fiha artikli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Il-kappillani jixtiequ li flimkien jagħtu kontribut sabiex il-valuri sbieħ u għonja li nsibu fis-soċjetà kontemporanja jissaħħu u jixxettlu.

Dun Mario Mangion kompla jispjega li kulħadd għandu x’joffri – żgħażagħ, nies tas-sengħa, professjonisti, ħaddiema, pensjonanti u n-nanniet.

Flimkien imsejħin biex jaħdmu mhux biss b’passjoni, kreattività u integrità, imma fuq kollox b’sens ta’ solidarjetà ma’ xulxin… attenti għall-ġid ta’ xulxin, u għall-ġid komuni.

Għalhekk, kull min jixtieq jagħti l-kontribut tiegħu f’din ir-rivista jista’ jagħmel dan billi jidħol fis-sit flimkien.mt u jsegwi l-istruzzjonijiet.