Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Sinjali tal-ewwel suċċessi tattiċi għar-Russi

A woman is overwhelmed by emotion in the backyard of a house damaged by a Russian airstrike, according to locals, in Gorenka, outside the capital Kyiv, Ukraine, Wednesday, March 2, 2022. Russia renewed its assault on Ukraine's second-largest city in a pounding that lit up the skyline with balls of fire over populated areas, even as both sides said they were ready to resume talks aimed at stopping the new devastating war in Europe.(AP Photo/Vadim Ghirda)

Ir-Russja, issa, qed tgħid li ‘il-liberazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’ hi kważi kompluta – bil-Ministeru Russu għad-Difiża jirreferi kemm-il darba għal dan ir-reġjun Ukren bħala ‘repubblika’ .

Il-Ministru tad-Difiża Russu, Sergei Shoigu, qal, sadanittant, li l-qawwiet tiegħu, flimkien mas-separatisti li jappoġġjaw lil Putin, irnexxielhom jaħtfu aktar territorju lejn il-lvant tal-Ukrajna.

Intant – u wara jiem ta’ staġnar – kien hemm ukoll rapporti li l-Armata tar-Russja kienet qed tavvanza fuq iz-zoni ta’  Lysychansk u Severodonetsk, fir-reġjun ta’ Luhansk; bl-osservaturi qed jistennew jiem sħaħ ta’ battalji ħorox bejn ir-riġmenti Russu u d-difensuri Ukreni f’dawk iz-zoni.

Fil-fatt, l-aħħar rapporti rreferew għal ġlied intensiv fl-imsemmija zoni u l-madwar, bit-truppi Ukreni jirnexxilhom jirreżistu għall-ewwel mewġa ta’ attakki mill-Armati tal-Kremlin.

Filwaqt li r-Russi ma jidhrux li qegħdin jagħmlu xi avvanzi kbar, hemm ukoll indikazzjonijiet li l-qawwiet ta’ Putin kisbu l-ewwel suċċess tattiku wara ġimgħat twal ta’ gwerra. Hawnhekk huma qegħdin jużaw strateġiji tal-gwerra ġodda li jinkludu l-avvanzi tat-truppi dritt wara li jkunu seħħew il-bumbardamenti kbar fuq il-villaġġi u l-ibliet Ukreni tal-Lvant.