Lokali

Il-Pulizija qed tfittex lil dan ir-raġel biex jidher il-Qorti

Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfittxija għal Christian Mifsud li qed jiġi mfittex fuq ordni tal-Maġistrat sabiex jidher il-Qorti.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger jew iċempel, anki b’mod anonimu, fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 4/2022.